Fl-okkażżjoni tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Liverpool Supporters Club ta’ Għawdex, l-OLSC Gozo, se tkun qed tinawgura klabb ġdid fix-Xewkija stess nhar it-Tlieta 6 ta’ Ġunju fis-7:30pm.
Dakinhar, se jkun qed jittella’ avveniment bil-mistiedna speċjali se jkunu l-plejers leġġendarji Phil Thompson, Sammy Lee u l-goalkeeper Bruce Grobbelaar. Mistieden ukoll il-kantant minn Liverpool Marc Kenny, li huwa l-awtur ta’ kanzunetti bħal Egyptian King Mo Salah, Trent Alexander-Arnold (Corner Taken Quickly), Alisson Becker (All We Need) u oħrajn. Se jkun hemm ukoll il-band lokali Cash and Band.
Il-klabb il-ġdid, li se jkun allokat f’26, Church Street Xewkija, se jkollu faċiltajiet mill-aqwa u li joffru atmosfera vibranti għal dawk il-partitarji li se jkunu preżenti biex jaqsmu l-passjoni tagħhom lejn it-tim ta’ Liverpool.
//= $special ?>