Lokali

Il-Ministru Galdes ma wieġibx u infexx f’attakk partiġġjan

Mhux biss Gvern li jkaxkar saqajh – imma issa anke l-Ministru responsabbli għall-akkomodazzjoni soċjali qiegħed jaħrab mid-domandi ta’ Net News.

Fl-elezzjoni tal-2022, il-Minsitru Roderick Galdes kien wiegħed li ser jkun hemm aktar postijiet allokati milli lista ta’ stennija.   Iżda sena u 3 xhur wara, fil-lista ta’ stennija għad hemm madwar 1,500 familja li għadhom qegħdin jistennew saqaf diċendi fuq rashom; b’uħud minnhom saħansittra daħlu f’kuntratt mal-Gvern qabel l-elezzjoni tas-sena li għaddiet u għadhom sal-llum il-ġurnata jistennew li jingħataw post.

Net News kellu diversi domandi preparati għal Ministru Galdes iżda l-Ministru għażel li jaħrab u ma jweġibx.

Filwaqt li Galdes għamel priedka fuq kemm il-Gvern ta’ Robert Abela hu Gvern illi li jwiegħed iwettqu .. wera biċ-ċar li kien skomdu meta sab il-gurnalisti ta’ dan l-istazzjon ma wiċċu, u minflok infexx f’attakk partiġġjan.

Meta kien mistoqsi dwar il-proġett tal-housing fl-Imsida li issa ilu jkarkar għal snin twal – hekk kif inbeda fl-2020 u skont il-Ministru għall-akkomodazzjoni Socjali Roderick Galdes – kellu jitlest fis-sena 2021, bin-nies kellhom jidħlu jgħixu fl-appartamenti sal-aħħar tas-sena 2022 – sal-lum diversi sezzjonijiet tal-proġett għadhom mimlija trab u fi stadju bikri ta’ kostruzzjoni…. bil-Minsitru spiċċa jwaħħal fil-baħar

Galdes kien qed iwiegeb waqt l-inawgurazzjoni ta’ 18-il unit tal-housing f’Ħal Kirkop. Biex issa, xorta għad hemm mijjiet li baqgħu bil-wegħda li jingħataw post tal-Gvern – u li għadhom sallum jistennew.