Lokali Parlament

Il-PL iffroda lin-nies biex jitwettqu l-agħar ħniżrijiet

Charles Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fl-Aġġornament tal-parlament li li l-PL iffroda lin-nies biex jitwettqu l-agħar ħniżrijiet fil-pajjiż.

Hu qal li l-gvern Laburista neħħa lil John Rizzo biex jibdew bil-pjan mxajtan tagħhom; dan kien il-punt tat-tluq biex il-pulizja tagħmel dak li jrid Joseph Muscat biex il-ġustizzjja ma tilħaqx lil min hu fil-poter. Dan filwaqt li John Dalli tpoġġa konsulent fil-qasam tas-saħħa u bdiet pressjoni fuq Godfrey Farrugia biex jitkeċċa minn ministru biex jitwettaq l-akbar frodi fil-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-kummissarji tal-Pulizija li appunta l-gvern Laburista m’għamlu xejn quddiem il-korruzzjoni u sostna li l-istituzzjonijiet huma biss għodda għall-gvern.

Hu sostna li Robert Abela ma jistax jara li ssir ġustizzja għaliex kien hu li għadda €280 miljun lil Steward. X’qed jagħmel il-Ministru tal-Finanzi biex il-flus jinġiebu lura?

Id-deutat Nazzjonalista qal li quddiem dan l-ikbar frodi il-gevrn qed jattakka anki lill-ġudikatura. Wara li Muscat warrab minn Prim Ministru u ngħata rigal ta’ €120,000 u affarijiet oħra; kien qed jagħmel konsulenza lil kumpanija ta’ għasafar eżotiċi tal-persuna li hu s-sid tad-Dragonara.

Għal Muscat il-flus huma importanti biex jagħmel ftehim mas-sid tal-casino għaliex kien hu li estenda l-kirja għal 64 sena u warrab il-kirja. Dan minbarra l-konuslenza ta’ Accutare.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-parlament missu qed jitkellem dwar il-COLA u kif din m’għandhiex tkun taxxabbli u kif il-gvern jgħin lil dawk li huma fil-bżonn.