Lokali

Il-PN jawgura lill-Atleti Maltin kollha li se jipparteċipaw fil-logħob tal-Pajjiżi Żgħar

Hekk kif aktar tard illum f’pajjiżna se jkunu qed issiru l-logħob tal-pajjiżi żgħar 2023, Tim Sport Partit Nazzjonalista flimkien mal-Kelliem tal-Oppozizjoni għall-isport l-Onor. Graham Bencini, jawguraw kull suċċess lill-atleti Maltin kollha.

Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jawgura kull suċċess lill-atleti Maltin kollha jirringrazzjhom tal-parteċipazzjoni tagħhom f’isem Malta, u bla dubju konvint li se jagħmlu dak kollu possibli sabiex Malta jkolla ammont sabiħ ta’ midalji mirbuħa.

L-istess Partit Nazzjonalista jifraħ lill-organizzaturi kollha, ta’ dan l-aveniment kif ukoll lill-volontiera kollha li offrew li jagħtu ħinhom matul dawn il-jiem tal-logħob f’pajjizna.