Lokali

ILLEJLA: Net Television b’xandira diretta taċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Kollox jinsab lest għall-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 li qegħdin isiru f’pajjiżna, wara nuqqas ta’ għoxrin sena. Dan hekk kif l-aħħar darba li Malta ospitat il-Logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar kien fl-2003.

Madwar elf atleta minn disa’ pajjiżi se jikkompetu f’10 dixxiplini sportivi matul din il-ġimgħa kollha.

Malta u Ċipru għandhom l-akbar kontinġent fost it-9 pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem f’dawn il-logħob –  hekk kif Malta se tkun rappreżentata minn 214-il atleta u 122 uffiċjal, filwaqt li Ċipru se jkollha 188 atleta u 69 uffiċjal.

L-iżgħar kontinġenti huma ta’ San Marino b’51 atleta u 42 uffiċjal … filwaqt li Liechtenstein se jkollhom biss 19-il atleta.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se ssir aktar tard fit-8.30pm fuq il-Fosos tal-Floriana bil-parteċipazzjoni ta’ artisti differenti – ċerimonja li mistennija tirrifletti l-ħajja tal-atleti, u s-sagrifiċċji li kull atleta jgħaddi minnhom.

Ritratt: Matthew Tabone

Fuq il-palk, tpoġġew diversi simboli fosthom iċ-ċrieki, t-torċa Olimpika, u l-pjanta nazzjonali ta’ Malta – Widnet il-Baħar.

Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa huma avveniment li jsir kull sentejn u li ilu jiġi organizzat mill-1985.

Ritratt: Matthew Tabone

Matul din il-gimgha, fl-4:15pm Net Television se jkun qed iwassal programm specjali li jagħti ħarsa lejn il-loghob kollu. Filwaqt li kull filghaxija, se tixxandar edizzjoni estiza ta’ Net Sports b’intervisti u analizi…kif ukoll l-aħħar aħbarijiet dwar il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Ritratt: Matthew Tabone