Lokali

Is-Sindku tal-Mosta jgħaffiġa bil-kbir… jgħajjar resident: “vojt kollok!”

Is-Sindku Laburista tal-Mosta Chris Grech, magħruf bħala ‘In-Najs’, f’dawn il-jiem għaffiġha bil-kbir hekk kif meta mistoqsi dwar xogħlijiet fil-lokalità tal-Mosta wieġeb: “Staqsi lilhom vojt kollok!”

Żgur li tweġiba bħal din minn Sindku ta’ lokalità ma tagħmel l-ebda ġieħ la lilu u anqas lill-istess Kunsill Lokali li jkun qed imexxi fejn il-prinċipju fundamentali hu dak li l-Kunsilli jservu lin-nies – lir-residenti – u mhux jgħajruhom “vojt kollok”.

Dan hu inċident li nqala’ hekk kif resident irrikorra għall-paġna ‘Mosta Residents’ fuq il-midja soċjali u staqsa lis-Sindku dwar xogħlijiet ta’ tarmak fil-lokalità.

Dan ir-resident staqsa: “Dalgħodu kont għaddej mill-pjazza u żewġt irġiel kienu qed jitkellmu. Dawn semmew it-tarmak tal-pont li se jerġa’ jinqala’. Stħajt nieqaf u nistaqsi għaliex. Dan veru? Jekk hu minnu għandna nkunu nafu bħala residenti.”

Dan ir-resident bagħat il-mistoqsija tiegħu mhux lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biss, imma anki lill-Ministru Aaron Farrugia, lil Infrastructure Malta u lil Transport Malta.

Fost dawk li wieġbu għal din il-mistoqsija kien hemm is-Sindku Laburista tal-Mosta Chris Grech li wieġeb: “Staqsi lilhom vojt kollok!”

Din mhix l-ewwel darba li Chris Grech għaffiġha bħala Sindku tal-lokalità tal-Mosta sal-punt li l-Mostin aktar isejħulu bil-laqam milli b’ismu… fi ftit kliem isejħulu: ‘In-Najs”!