Lokali

Titnieda t-30 edizzjoni tal-Konferenza annwali tal-Inġiniera

Waqt l-indirizz tieghu lit-30 edizzjoni tal-Konferenza annwali tal-Inginiera, il-President tal-Kamra tal-Inginiera, l-Inġinier Malcolm Zammit tenna li l-iskop tal-konferenża kien li tiftaħ fuq tliet binarji importanti għall-inginiera u li għalijom l-inċinerija hi fundamentali: l-innovazzjoni, is-sostenibbilta’ u t-trasformazzjoni digitali.

L-Inginier Zammit emfasizza li l-Inġiniera huma l-katalisti ta l-innovazzjoni, għandhom il-kapaċita li jbiddlu d-dinja għall-aħjar u li huma tassew essenżjali ghall-ekonomija u l-futur tal-pajjiż.

Il-President tal-Kamra għamel appell lill-mexxejja tal-pajjiż sabiex iffittxu l-parir studjat tal-Inġiniera u jzommu l-professjoni tal-inġinerija vicin tagħhom waqt li jifformulaw viżjoni u politika għall-ġid ta’ Malta.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni, l-Inginier Ryan Callus sostna li pajjiżna għandu bżonn bidla fil-ħsieb ta’ kif isiru certi prattiċi u l-inġiniera għandhom ikunu miftuħa fil-ħsieb għal dawn it-tibdiliet. L-inġiniera għandhom rwol ukoll li jedukaw lis-soċjeta’ sabiex l-għazliet fl-investimenti, kemm fid-djar u fil-kumpaniji, jkunu dawk li jirrispettaw is-sostenibbilta’ u l-innovazzjoni. Elenka diversi eżempji fejn l-infrastruttura ta’ pajjiżna mhix tkun sostenibbli u ma sserviz għat-tul għaliex prattivi ħżiena ta’ xogħol qegħdin jibqgħu jirrepetu ruhhom.

Ryan Callus qal ukoll it-tħassib tiegħu ghat-tnaqqis fin-numru ta’ studenti li qegħin jagħzlu l-inginerija bħala professjoni. Tenna li pajjiżna għadu lura fir-riċerka, li l-Gvern għandu jżid mhux inaqqas l-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Universita ta’ Malta u l-MCAST hekk kif ninsabu fl-aħħar tal-klassifika.

Matul il-konferenza tkellmet ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fejn sostniet li Malta għandha l-potenzjal li ssir ċentru ta’ ricerka fl-energija. 

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm id-deputati tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut u Stanley Zammit.