Bidu mill-aqwa għal Malta fit-tennis meta fl-ewwel ġurnata ta’ dawn il-logħob, Malta kisbet rebħa fil-Kwarti tal-Finali tad-doubles tal-irġiel permezz tat-tennisti Matthew Asciaq u Matija Pecotic.
Huma għelbu lill-koppja mill-Iżlanda, Anton Magnusson u Vladimir Ristic bl-iskor ta’ 6-1, 6-0. B’hekk il-Maltin avvanzaw għas-semi-finali tad-doubles tal-irġiel, li se jkunu qed jintlagħbu nhar l-Erbgħa u l-Ħamis li ġej.
F’partita oħra li kelna llum mill-istess stadju tal-kwarti tal-finali tad-doubles tal-irġiel, il-koppja mill-Lussemburgu, Calzi u Knaff għelbu lil Glauseru Zuend minn Liechtenstein 6-1 u 6-2.
Għada t-Tlieta, jintlagħbu żewġ partiti oħra mill-istadju tal-Kwarti tal-Finali, iżda m’hemm ebda tennisti oħra Maltin fl-azzjoni f’din il-kompetizzjoni.
Il-finali tad-doubles tal-irġiel tat-tennis tintlagħab nhar il-Ġimgħa filgħodu.
//= $special ?>