Charles Camenzuli
Kollox jindika li minħabba raġunijiet familjari l-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach mhux se jattendi għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tad-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għandha ssir aktar tard il-lejla fuq il-Fosos.
Minflok, il-messaġġ ta’ merħba ta’ Thomas Bach se jinqara mill-President tal-Kumitat Olimpici tal-Ewropa Spiros Capralos.
Hija tradizzjoni li l-President tal-KOI jattendi għac-Cerimonja tal-Ftuħ kif kien seħħ fl-1993 u fl-2003 meta kienu attendew u ndirizzaw l-eks presidenti Juan Antonio Samaranch u Jacques Rogge.
//= $special ?>