Futbol Sport

Mauricio Pochettino jinħatar kowċ ta’ Chelsea

Chelsea appuntaw lil eks kowċ ta’ Tottenham u PSG Mauricio Pochettino bħala l-kowċ il-ġdid għall-istaġun 2023/2024.
L-Arġentin ta’ 51 sena iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Chelsea bl-għażla li jġedded għal staġun ieħor.

Hu se jkun qed jieħu post Frank Lampard li mexxa lil Chelsea għall-aħħar xhur, fejn temmew dan l-istaġun fit-12-il post. Pochettino huwa s-sitt kowċ li mexxa lil Chelsea fl-aħħar ħames snin, wara li tkeċċew kemm Thomas Tuchel u Graham Potter, aktar kmieni dan l-istaġun.

Fi staġun diżappuntanti għal Blues, Chelsea kienu eliminati fit-tielet round tal-FA Cup u tal-Caraboa Cup, fiż-żewġ istanzi minn Manchester City. Dan filwaqt li temmew l-istaġun mal-aħħar għaxra għall-ewwel darba sa mill-istaġun 1995/1996.