Sport Sport Ieħor

Snooker: Aaron Busuttil jagħmilha għat-Tielet Round

(Ritratt: Matthias Brancaleone)

It-Tnejn wara nofsinhar, Aaron Busuttil kiseb rebħa oħra u għamilha għat-Tielet Round fil-Q School Event li qed isiru f’Morningside Arena f’Leicester l-Ingilterra.

L-avversarju ta’ Aaron kien l-Ingliż, George Pragnell bil-Malti rebaħ bi skor konvinċenti ta’ 4-1.

B’din ir-rebħa Busuttil issa kkwalikfika għat-tielet round fejn fil-logħba li jmiss jiltaqa’ kontra Ingliż ieħor, Alex Millington. Dan ser jkun il-kronfront tal-aħħar 64 li ikkwalifikaw għar-round li jmiss u mistenni jintlagħab għada fis-2pm (ħin ta’ Malta)