Futbol Sport

Tom Lockyer ta’ Luton Town jikollassa waqt il-finali tal-play-off

L-Internazzjonali ta’ Wales u captain tan-neo promossi Luton Town Tom Lockyer, deher jikkollassa u jintilef minn sensieħ waqt il-finali tal-play-off bejn Luton Town u Coventry City f’Wembley Stadium.

Dan l-inċident seħħ wara bis 10 minuti mill-bidu tal-partita li Luton spiċċaw biex rebħu bl-għoti tal-penalties.

Għadu mhux magħruf x’ġara eżatt lil Lockyer iżda d-difensur ta’ 28 sena kellu jingħata l-assistenza medika fil-pitch filwaqt li deher ħiereġ fuq stretcher bil-maksla tal-ossiġnu iżda f’sensieħ. Kien irrapurtat ukoll li l-ġenituri ta’ Lockyer niżlu mill-istands biex jassistu lil binhom.

Ritratti li ċċirkolaw wara l-partita juri lil Lockyer jiċċelebra l-promozzjoni ta’ Luton Town hekk kif kien qed isegwi l-kumplamenmt tal-partita mill-isptar.