Fil-100 metru freestyle tan-nisa, Nirvana Micallef irnexxielha tieħu l-aħħar post ta’ kwalifikazzjoni għall-finali b’ħin ta’ 59.84. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Francesca Falzon Young li l-ħin ta’ 1:00.01 ma kienx biżżejjed għaliha.
Żewġ għawwiema Maltin se jikkontestaw il-finali tal-100 metru freestyle tal-irġiel. Rudi Spiteri spiċċa fir-raba’ post fil-heat tiegħu f’ħin ta’ 52.82 sekonda filwaqt li Kyle Micallef ukoll spiċċa r-raba’ fit-tieni heat f’52.44 sekonda.
Victoria Balderacchi u Mya Azzopardi għaddew biex itellqu fil-finali tal-200 metru medley individwali tan-nisa. It-tnejn ipparteċipaw fit-tieni heat, b’Victoria Balderacchi ttemm it-tielet f’2:26.67, ftit qabel Azzopardi li waqqfet l-arloġġ f’2:26.93. F’din il-kategorija jista’ jkun li tintrebaħ midalja.
Thomas Wareing jinsab b’ċans tajjeb li jikseb midalja fil-200 metru medley individwali. Hu spiċċa fit-tieni post fit-tieni heat li kien jinsab fiha b’ħin kompetittiv ta’ 2:11.23.
Il-finali jibdew wara l-5.00pm
//= $special ?>