GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 – Judo: Katryna Esposito tirbaħ id-Deheb għal Malta

Il-Judoka Katryna Esposito kisbet lewwel midalja tad-Deheb għal Malta fil-kategorija -48kg meta għelbet lil Veronika Kalaitsidou ta’ Ċipru. Qabel dan Esposito għelbet lill Maltija Kirsty Cauchi u liċ-Ċiprijotta l-oħra Marina Kyprianou.

James Zahra kiseb il-Fidda fil-kategorija tal-Irġiel. Fl-ewwel sfida, fil-kategorija -60kg huwa għeleb lil sieħbu ta’ Malta Sadek Khalef. Dan tal-aħħar sfortunatament kellu jirtira wara li weġġa fit-tieni ġlieda kontra Manuel Tischhauser.

Zahra mbgħad tilef it-tieni ġlieda kontra Petros Christodoulides ta’ Ċipru iżda rebaħ it-tielet ġlieda kontra l-judoka Manuel Tischhauser ta’ Liechtenstein biex kiseb midalja tal-fidda għal Malta.