GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 – Squash: Deheb u Fidda garantiti fis-Singles tan-Nisa

Bronż fil-kategorija tal-Irġiel bejn Kijan Sultana u Niall Engerer

L-aħwa Lijana u Colette Sultana għamluha għall-finali u għalekk Malta għandha garanzija ta’ Deheb u Fidda fil-kategorija tas-Singles tan-Nisa.

Colette Sultana fl-ewwel semi finali għelbet lil plejer minn Ċipru Vaso Karasava 2-0.  Din kienet rebħa faċli għal Colette b’rebħiet ta’ 11-4 u 11-2.

Fis-semi finali l-oħra, oħta Lijana Sultana kellha titħabat aktar biex għelbet lil Sandra Denis tal-Lussembburgu 2-1. Fl-ewwel set Lijana tilfet 8-11 iżda wettqet reazzjoni tajba fit-tieni set biex rebħet 11-5. It-tielet set, u allura dak deċiżiv, kien wieħed missielet għall-aħħar iżda fl-aħħar kienet il-Maltija li ħarġet rebbieħa 14-12.

Diżżappunt iżda fil-kategorija tal-Irġiel hekk kif kemm Kijan Sultana kif ukoll Niall Engerer sfaw eliminati mill-plejers mil-Leichtenstein Luca Wilhelmi u David Maier rispettivament.

Kijan Sultana kien megħlub mill-plejer minn Luca Wilhelmi, b’dan tal-aħħar jirbaħ iż-żewġ sets bi skor identiku ta’ 11-8.

Fis-semi finali l-oħra, David Maier ukoll  għeleb lil Niall Engerer 2-0 (11-5, 11-3)

Il-Maltin issa jilagħbu kontra xulxin għall-midalja tal-Bronż.

Illejla jintlagħbu l-finali b’dik tan-Nisa tibda fil-5:30pm filwaqt li tal-Irġiel tintlagħab fis-6pm.