GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023: Żieda ta’ Dixxiplini fl-edizzjoni tal-2025

Charles Camenzuli

Għadna kemm bdejna t-12-il dizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar MALTA 2023 u d-diskussjoni fi ħdan il-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob u l-Bureau beda jiddiskuti l-edizzjonijiet li jmiss li jwasslu sal-edizzjoni tal-2031

Fl-2025 il-Logħob se jsir f’Andorra li kellha torganizza fl-2021 iżda l-edizzjoni ma saritx minħabba l-pandemija Covid-19. F’Andorra La Vella ġew organizzati żewġ edizzjonijiet fl-1991 u fl-2005. Huwa propost li jkun hemm żieda fid-dixxiplini bir-ritorn tac-cikliżmu u volleyball inkluż il-beach volley. Għall-ewwel darba fil-programm se jkun hemm il-ġinnastika ritmika u karate. Id-dixxiplini l-oħra se jkunu għawm, atletika, basketball li jinkludi wkoll 3 X 3, judo , sparar, rugby 7s, tennis u table tennis.

L-edizzjoni ta’ wara, fl-2027 mistennija ssir f’Monaco li kien organizza l-Logħob fl-1987 u fl-2007. Proposta kurjuża minn Monaco hija li ssuġġerew li jiddaħħal il-waterpolo fejn iżda jrid isir studju liema pajjiżi għandhom timijiet nazzjonali attivi.

Kollox jindika wkoll li fl-2029, Lussemburgu, li organizzat il-Logħob fl-1995 u fl-2013 lesta li torganizza it-22 edizzjoni u sentejn wara fl-2031 hemm Ċipru bħala kandidat fejn f’Cipru kienu saru l-edizzjonijiet tal-1989 u 2009.

Delegazzjoni tal-Gżejjer Faroe iltaqgħet ma Kevin Azzopardi Seg.Ġenerali KOM u Charlene Attard Direttur Sport KOM

Filwaqt li fl-2009 kien aċċettat id-dħul ta’ Montenegro hemm talba mill-Belt tal-Vatikan li kienu wkoll preżenti iżda ma kkompetewx fl-2019 f’Montenegro kif wkoll talba mill-Gżejjer Faroe.