Julie Zahra, PN
Jeħtieġ bilanċ ekwu bejn l-iżvilupp u l-wirt storiku waqt li l-pajjiż għandu jkompli jiżviluppa iżda fir-rispett u l-konservazzjoni tal-wirt storiku.
Dan sostnietu d-deputat Nazzjonalista Julie Zahra meta kienet qed titkelem fil-parlament fid-dibattitu dwar Patrimonju Malta u s-Sovritendenza Kulturali.
Julie Zahra tkellmet dwar l-importanza tal-ħidma tal-għaqdiet li jipproteġu l-wirt nazzjonali u dawk li jipproteġu l-ambjent u sostniet li għandhom jittieħdu l-passi neċessarji u immedjati quddiem is-sitwazzjoni diffiċli fl-ambjent.
Hi sostniet li l-PN nieda konsulatzzjoni pubblika biex l-ambejnt ikun imdaħħal bħala dritt fundamentali tal-bneidem fil-kostituzzjoni. Id-deputat Nazjzonalista insistiet li għandha tingħata spjega kif id-dħul mill-operat ta’ Heritage Malta kien ta’ €600,000 iżda l-fondi allokati se jiżdiedu bi €3 miljuni. Id-deputat Nazzjonalista kkritikat il-fatt li l-marker stone storika ta’ żmien l-Ingliżi għandha fid-dar l-ministru Anton Refalo u sostniet li dwar dan il-gvern jibqa’ ma jgħid xejn.
Julie Zahra sostniet li f’other expenditure fir-rapport finanzjarju hemm nefqa addizzjonali ta’ €2.8 miljuni iżda dawn m’humiex spjegati kif se jintefqu. Hi qalet li l-istrateġija nazzjonali li kienet imwiegħda għadha ma tidher imkien minkejja li din kellha tixpruna l-protezzjoni tal-wirt nazzjonali.
Julie Zahra qalet li l-funzjoni ta’ Heritage Malta hi li tkun il-kustodju tas-siti u mhux issir sit ta’ tiġijiet u attivitajiet oħra. Hi enfażizzat l-importanza li l-pajjiż jikkonserva l-patrimonju u kompliet li s-Sovritendenza tal-Patromonju Kulutrali m’għandhiex tibqa’ estenzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Jeħtieġ bilanċ ekwu bejn l-iżvilupp u l-wirt storiku, sostniet id-deputat Nazzjonalista li sostniet li l-pajjiż għandu jkompli jiżviluppa iżda fir-rispett u l-kosnevazjzoni tal-wirt storiku.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern mhux jivovta biżżejjed fondi għas-Sovritendenza tal-Patrominju Kulturali u appellat biex isiru sistemi intensiv u rigoruż fejn isir żvilupp li jeffettwa l-partimonju nazzjonali. Malta wasalet fi stat ta’ emerġenza fil-proetzzjoni tal-wirt nazzjonali, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>