Lokali

L-iskema “Irrestawra Darek” tispiċċa teħel qabel biss bdiet

Mijiet ta’ applikanti li kienu qed jistennew għall-fondi tal-iskema “Irrestawra Darek” spiċċaw frustrati wara li l-webiste tal-Gvern weħlet kompletament. Dan wara li saret pubbliċità kbira għal din l-iskema, u kien hemm ftaħir kbir dwarha mill-Prim Ministru Robert Abela.

Ħafna applikanti, kif ukoll Periti li kienu lesti biex jimlew l-applikazzjoni għall-fondi, ħlew ħin twil jistennew li tissolva din il-kwistjoni.

“Min ħareġ biha ħaqqu prosit”, kien wieħed mill-kummenti fuq il-media soċjali.

Bil-media Laburista tirrapporta li din l-iskema inħatfet fi ftit minuti. Meta l-fatti juru li l-website ma ħadmet assulutament xejn sa mill-ewwel sekonda.