Lokali Qorti

Mhux ħati li fera tliet żgħażagħ u qajjem kommossjoni fl-Isla 17-il sena ilu

Raġel li llum għandu 39 sena ġie lliberat minn akkużi ta’ swat u li ħoloq kommossjoni f’inċident li jmur lura 17-il sena u li seħħ fl-Isla. Dak iż-żmien Warren Bugeja kellu biss 22 sena meta kien ġie mixli li fis-26 ta’ Marzu, 2006 għall-ħabta ta’ xi 8:15 pm waqt li kien ix-Xatt tal-Isla, wettaq ħsara meta kkaħuna ġrieħi ħfief fuq fuq tliet tfajliet.

Huwa lanqas ma nstab ħati mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li ħebb għalihom, inġurjahom, li qal kliem oxxen fil-pubbliku, li mbotta liż-żgħażagħ u li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-prosekuzzjoni straħet il-kaw’a tagħha fuq ix-xhieda tal-parte civile fuq dak li jirrigwarda d-dinamika tal-inċident u l-persuni l-oħra li kienu nvoluti fil-ġlieda mix-xhieda tagħhom stess jirriżulta li l-anqas biss gew mitkellma minnhom.

Mil-banda l-oħra x-xhieda li ġew imressqa mid-difiża snin wara l-inċident jikkonfermaw u jikkolaboraw il-verżjoni tal-imputat li dejjem qal li huwa mar biex jintervjeni fil-ġlieda. Mhux talli hekk talli mix-xhieda tagħhom ħareġ li minn ġlieda ġo bar din spiċċat fit-triq fejn kien hemm kommozzjoni u ġlied bejn diversi persuni li ma kellhom xejn x’ jaqsmu mal-argument inizjali ġewwa l-bar.

Ryan Paul Mercieca prodott mid-difiħa li kien qed josserva l-ġlieda minn faċċata qal li huwa fl-ebda’ ħin ma raha lil imputat Warren Magri involut fil-ġlieda. Anzi jghid li lil Warren Magri kien rah ġej meta ħarġu barra n-nies minn naħa tax-xellug.

”Barra kien hemm kommozzjoni kbira u jikkalkola li kien hemm aktar minn 30 ruħ u karozzi tal-pulzija kienu ġew xi sebgħa jew tmienha. Mid-domnadi tad-difiża waħda mill-allegati vittmi qalet fil-qorti dwar x’kien qed jagħmela Bugeja, hi qalet li ma tafx bl-eżatt, għax kien hemm ħafna ġenn.

“Min jagħti lil dak, min jagħti lil ieħor. Min jaqbad lil dak. Jiena fuq Warren nista’ nitkellem. Lil Warren rajtu ġej mid-direzzjoni tax-xellug kif għidt diġa’, dahal b’ ruħu u b’ġismu biex iferraq u mbgħad f’ħin minnhom rajtu mal-art.” Xhud ieħor qal li dak innhar tal-inċident kien il-Conquest Bar u żewġ tfajliet involuti li kellhom dak iż-żmien xi 16 il-sena kellhom xi jgħidu.

Ix-xhud qal li kien sofra żewġ daqqiet, xi żewġ gundalliet. Ma kienx ħa kura għalihom. Fuq l-imputat qal li ma rahx “Jien ġewwa u lanqas barra ma rajtu. Litteralment ma rajtux.” Mill-provi jirriżulta li kien hemm rassa nies involuti fil-ġlieda fil-bar, din il-ġlieda kompliet barra l-bar fejn nies ohra daħlu fir-rassa u kien hemm kommozzjoni ta’ nies tant li biex titwaqaf il-ġlieda kellhom jiġu numru ta’ karozzi tal-pulizija u f’ nofs din il-ġlieda kien hemm il-parte civile minn fejn
l-argument inizjali oriġina.

Xhieda oħra qalu li l-imputat ma kienx ġewwa l-bar meta bdiet il-ġlieda, anki’ ikkolaboraw il-verżjoni tal-imputat li baqa’ konsistenti mal-verħoni tiegħu. Il-Qorti qalet li sejra tillibera lil imputat minħabba insuffiċjenza ta’ provi. Għal dawn il-motivi l-Qorti ma sabitx lil Warren Magri hati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih u illiberatu minnhom. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Josric Mifsud.