Lokali Parlament

Proposta għal mużew dwar Mattia Preti; jkun attrazzjoni unika

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm mifsud Bonnici appella fil-parlament biex iir mużew dwar Mattia Previ għaleix dan ikun ta’ attrazzjoni kbira għat-turistiċi kulturali li jżuru l-pajjiż.

Carm Mifsud Bonnici qal li il-PN kien promotur kbir biex Malta tidħol fis-settur tat-turiżmu marbut mal-patrimonju. Dan iġib miegħu iktar għodda u riċerka biex il-patrimonju jitqiegħed għad-dawl u d-diversi siti arkeoloġiċi jitħaddmu aħjar imma biex id-diversi biċċiet ta’ wirt nazzjonali jinstabu waqt ix-xogħol ikunu konservati.

Id-deputat Nazzjonalista qal li għad fadal persuni li jsibu fdalijiet arkeoloġiċi jipprovaw jgħattu dawn is-siti li jinstabu. Hu appella biex iktar studenti jittieħdu jżuru postijiet arkeoloġiċi u biex ikun hemm iktar fodni biex il-pajjiż ikompli jirrikonoxxi dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-investiment f’dan is-settur għandu jkun iktar meqjus fosthom milli jkun hemm l-informazzjoni neċessarja dwar is-siti storiċi biex dawn iż-żjarat isiru esperjenzi. Hu semma’ is-sit arkeoloġiku Tas-Silġ f’Marsaxlokk u appella biex jitwettqu l-pjani msemmija fosthom iċ-ċaqliq tat-triq li qed tikkaġuna ħsarat lil dan is-sit.

Carm Mifsud Bonnici semma’ l-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Ħal Tarxien u qal li fl-2019 kien tħabbar li kien se jsir proġett iżda dan ma sarx. Id-deputat Nazzjonalista trattat wkoll il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid u kkritika l-mod kif saru xogħlijiet li wara ftit sfrondaw.

Hu appella biex ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt jitlestew kemm jista’ jkun malajr u biex anki x-xogħlijiet fil-Mużew Marittimu tal-Birgu jitlestew. Jeħtieġ li jsir mużew fuq Mattia Preti għaliex dan jista’ jkun ta’ niċċa turistika unika ta’ attrazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn ħafna siti arkeoloġiċi li qed jiġu mirduma u appella biex isir l-investiment meħtieġ biex Malta tibqa’ tattira turiżmu kulturali li hu turiżmu ta’ kwalità.

Carm Mifsud Bonnici appella biex isir l-investiment meħtieġ biex il-pajjiż jinawgura mużew kull sena.