Sport Sport Ieħor

Snooker: Aaron Busuttil eliminat fl-aħħar 32


Daniel Womersley it-Tlieta filgħaxija waqqaf lill Aaron Busuttil milli jkompli javvanza waqt l-ewwel Event Q School li qed isiru f’Morningside Arena f’Leicester l-Ingilterra.

L-Ingliż rebaħ bil-punteġġ ta’ 4-0 (61-23, 98-0, 75-8, 68-12) b’hekk Busuttil ma kellu l-ebda risposta għal qawwa tal-Ingliż li wettaq breaks ta’ 63 punt, 74 punt u 53 punt fi tliet frames konsekuttivi.

Womersley għandu 31 sena u fl-2020 kien lagħab fl-Akkademja tas-Snooker ta’ Malta fil-Hamrun waqt il WSF Open iżda ma kienx ikkwalifika mill-fażi tal-gruppi.

Aaron Busuttil issa jerġa jittanta xortih waqt it-tieni Event tal-Q School nhar is-Sibt fejn fl-ewwel round jilgħab kontra l-Ingliż Neil Craycraft.