Sport Sport Ieħor

Snooker: Aaron Busuttil mal-aħħar 32

(Ritratt: Matthias Brancaleone)

Aaron Busuttil illum wara nofsinhar waqt il-kompetizzjoni tal-ewwel Event Q School fl-Leicester l-Ingilterra reġa għamel pass ieħor importanti meta rebaħ kontra Alex Millington tal-Ingilterra 4-2 (58-22, 74-48, 75-36, 34-70, 45-54 u 60-57) biex b’hekk kiseb post mal-aħħar 32.


Busuttil fetaħ vantaġġ b’saħtu ta’ tliet frames għalkemm Millington irrissponda fiż-żewġ frames suċċessivi.

Is-sitt u l-aħħar frame kien wieħed kumbattut fejn Busuttil rebaħ biss bl-aħħar sewda u kiseb il-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss li jintlagħab illejla stess li mistennija tibda fit-8pm ħin ta’ Malta.

F’dan ir-raba’ round Aaron Busuttil issa jiltaqa’ kontra Ingliż ieħor din id-darba Connor Daniel Womersley.