Wara xahar immarkat minn erba’ imwiet fit-toroq tagħna, il-Ministru tat-Toroq Aaron Farrugia qed jagħżel li jibqa’ jaħrab lill-media u l-ġurnalisti. Tant li fi tmiem il-ġimgħa naqas milli jipparteċipa fil-programm tal-Professur Andrew Azzopardi fuq ir-radju 103.
Minflok aċċetta l-istedina u mar iwieġeb dwar l-inċidenti li qed ikollna u n-nuqqas ta’ sigurtà fit-toroq tagħna, Aaron Farrugia għażel li jibgħat email – fejn insista li l-Gvern “qed jagħmel il-parti tiegħu”.
Il-Ministru kien qed iwieġeb serje ta’ domandi bil-miktub li ġew mibgħuta minn Andrew Azzopardi innifsu. B’Aaron Farrugia imkien ma jagħmel referenza għas-sejħa biex isiru speed cameras fir-rotta tas-Central Link. Dan apparti li jibqa’ ma jindirizzax il-fatt li f’pajjiżna hawn diversi barriers li qed ikunu ta’ periklu għas-sewwieq tal-muturi.
Fl-email tiegħu, Farrugia jinsisti li t-toroq qed jinbnew bi standards internazzjonali. Filwaqt illi jistqarr li f’din il-kwistjoni kollha “l-akbar sfida hi l-imġieba tagħna lkoll”.
Il-Ministru jistqarr li hu għandu “il-viżjoni u l-enerġija”. U jgħid illi qed naraw “qabża fil-kwalità” fil-mod kif qed isiru t-toroq.
Matul l-2022, it-toroq Maltin irreġistraw 28 fatalità, rekord nazzjonali assolut f’dak li għandu x’jaqsam imwiet ikkawżati minn inċidenti tat-traffiku. Din is-sena biss, diġa’ kellna 7 imwiet fit-toroq ta’ pajjiżna.
//= $special ?>