Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Prestazzjonijiet mill-aqwa u ksur ta’ rekords waqt l-avveniment ta’ ranking u kwalifika

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Malta Weightlifting Association organizzat avveniment notevoli ta’ ranking u kwalifika fil-kumpless sportiv tal-Kottonera. Il-kompetizzjoni rat wirja impressjonanti ta’ talent u determinazzjoni mill-atleti, li rriżultat f’bosta rekords nazzjonali li nkisru u nkisbu l-aqwa  personali.

Waħda mill-wirjiet li spikkaw ġiet minn Kaya Curmi Inguanez fil-kategorija tal-45kilo. B’total notevoli ta’ 116kilo, hija kisbet kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ biex issa tingħaqad fit-tim ma’ Kim Camilleri Lagana, li kienet diġà kkwalifikat għall-kampjonati. Il-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ huma skedati li jsiru fil-Moldova fil-bidu ta’ Lulju, b’dawn iż-żewġ atleti ser jirrappreżentaw lil Malta fix-xena internazzjonali.

Il-kategoriji tal-irġiel ukoll raw diversi rekords nazzjonali jinkisru. Vlad Baldacchino ħalla marka mill-aqwa fil-kategorija tal-102kilo, fejn stabbilixxa tliet rekords nazzjonali b’refat ta’ 133kilo fl-Isnatch, 159kilo fil-Clean & Jerk, u total ta’ 292kilo. Shaun Ciantar waqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-kategorija ta’ 96kilo b’Clean & Jerk ta’ 146kilo, filwaqt li Anton Micallef kiseb żewġ rekords nazzjonali fil-kategorija ta’ 81kg Snatch ta’ 119kilo u total ta’ 261kilo. Prestazzjoni oħra notevoli ġiet minn Nathan Mifsud, student tal-NSS, li waqqaf rekords nazzjonali ġodda fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ 49kilo b’refat ta’ 51kilo fl-Isnatch, 65kilo fil-Clean & Jerk, u total ta’ 116kilo. B’punteġġ ta’ 210 punt, huwa kiseb ukoll kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Unjoni Ewropea li jmiss fis-Slovenja aktar tard din is-sena. Barra minnhekk, Rylee Borg, li jinsab fi tħejjija għall-Kampjonati tal-Commonwealth, kellu prestazzjon tajba, fejn tella’ total ta’ 233kilo fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ 81kilo.

L-atleti nisa urew wirjiet eċċezzjonali, minkejja li wħud minnhom fl-istess ħin għadejin bil-eżamijiet tal-MATSEC. L-atleta junior Mariah Bugeja uriet progress tremend, tejbet il-Clean & Jerk tagħha bi 3kg u spiċċat b’total ta’ 134kg. Kim Camilleri Lagana impressjonat ukoll billi kisbet snatch ta’ 58kg. Riżultati notevoli oħra kienu jinkludu Yasmin Zammit Stevens, li tella’ total ta’ 186kg fil-kategorija 71kg, Luana Vella b’total ta’ 135kg fil-kategorija 59kg. Fil-kategorija 55kilo Aaliyah Gatt b’total ta’ 122kilo, Rheanna Briffa b’total ta’ 121kilo, u Mariah Grima b’total ta’ 109kilo.

Il-laqgħa li jmiss fuq il-kalendarju hija l-kompetizzjoni ta’ klassifikazzjoni għall-kadetti u dawk ġodda, hija skedata li ssir fis-17 ta’ Ġunju fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dan l-avveniment se jipprovdi opportunità għat-talenti ġodda biex juru l-ħiliet tagħhom u f`din il kompetizzjoni..

Din il-kompetizzjoni ta klassifika u ta’ kwalifika tal-Malta Weightlifting Association kienet suċċess kbir, ikkaratterizzat min, rekords ġodda, u aqwa personali. Il-wirjiet ta’ dawn l-atleti dedikati jservu bħala xhieda tal-ħidma sfiqa tagħhom, tal-perseveranza, u tal-futur promettenti tal-weightlifting f’Malta.