Lokali Parlament

8,500 persuna jistennew operazzjoni; ilhom jistennew xhur iktar minn dak stipulat

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li hemm 8,500 persuna jistennew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei u li dawn ilhom jistennew xhur iktar minn dak aċċettabbli.

Fl-Aġġornament tal-paralament Claudette Buttigieg qalet li żjara li għamel f’Malta l-ex Prim Ministru Taljan Matteo Renzo għal konferenza tal-FWTS swiet €20,000; dan l-infieq qed isir biex il-gvern jgħammex lin-nies bil-flus.

Jirriżulta li hawn kważi 8,500 persuna li qed jistennew xi tip ta’ operazzjoni fil-pajjiż. Minn dawn 17-il persuna qed jistennew intervent fi sniehom, 30 persuna qed jistennew intervent fid-Dipartimet tal-Ginekoloġija, 686 persuna qed jistennew operazzjoni tal-għajnejn, 3,582 persuna qed jistennew intervent fl-ortopedija (fl-irkoppa u fil-ġembejn), 571 persuna qed jistennew intervent fl-ENT, 2949 persuna qed jistennew intervent ġenerali, 300 persuna qed jistennew intervent fil-pedjatrija, 179 persuna qed jistennew intervent ta’ kiruġija plastika u 104 persuni qed jistennew intervent fin-neurology.

Jirriżulta li 8,500 persuna m’humiex it-total kollu ta’ nies li qed jistennew operazzjoni iżda ta’ kemm hemm nies li ilhom jistennew iktar mill-perjodu stipulat fil-Patient Charter li jispeċifika li interventi urġenti m’għandhomx jistennew iktar minn tmien ġimgħat u interventi mhux urġenti għandhom jistennew sa 18-il xahar. Għalhekk jirriżulta li hemm 8,500 persuna li ihom iktar minn sena u nofs jistennew biex jagħmlu intervent. Dan qed iwassal għal diffikultajiet fost dawn il-persuni li jinsabu muġugħa.

Claudette Buttigieg qalet li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ma jistax jiddistakka lilu nnifsu mill-ftehim tal-isptarijiet propju għaliex kien Segretarju Parlamentari taħt il-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija Konrad Mizzi.

Fil-fatt Chris Fearne sar Ministru tas-Saħħa xahar biss wara li kien iffirmat il-kuntratt tal-isptarijiet f’April 2016. Ftit wara, kien Chris Ferane li poġġa l-kuntratt tal-isptarijiet fuq il-mejda tal-Kamra wara insistenza tal-Oppożizzjoni.

Għalhekk ma setax ikun li Chris Ferane sar jaf b’dan il-kuntratt mill-media. Allura ma kienx jaf x’fih meta poġġih fuq il-mejda tal-Kamra? Dan juri li Chris Ferane kien jaf x’fih il-kuntratt tal-isptarijiet u poġġih b’partijiet minnu mgħottija propju biex il-poplu Malti ma jkunx jaf id-dettalji.