Lokali Qorti

Aktar persuni jitolbu għall-passi kriminali kontra Christian Borg u Joseph Camenzuli

Aktar persuni qegħdin jitolbu lill-Qorti biex jittieħdu passi kriminali kontra Christian Borg u anki Joseph Camenzuli minħabba li huma qed jallegawli wara li krew diversi vetturi mingħandhom dawn kienu mitluba ħlasijiet illegali kontra l-liġi fejn ġie kaġunat lilhom danni. Borg kien klijent tal-Prim Ministru Robert Abela filwaqt li Camenzuli kien il-fotografu uffiċjali tal-Partit Laburista u tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Erbatax-il persuna oħra ppreżentaw protest fil-PrimAwla tal-Qorti Civili kontra Borg, Camenzuli u anke kontra l-kumpaniji ġestiti minnhom Princess Holdings Ltd. u No Deposit Cars  Malta Ltd. Huma qed jikkontendu li fl-aħħar xhur jew snin iffirmaw kuntratti ta’ kiri jew hire purchase ta’ vetturi, liema kuntratti jiksru d-drittijiet tagħhom għal diversi raġunijiet fil-liġijiet ta’ pajjiżna, kemm l-liġijiet ċivili, l-liġijiet kriminali, l-liġi li tirregola d-dritt tal-privatezza, u l-liġi dwar il-ħarsien tal-konsumatur, fost oħrajn.

Francesco Marra, Stephen Azzopardi, Jade Handford, Nikola Kostic, Gaspare Nanfaro, Clayton Azzopardi, Nebojsa Jovic, Renato Barati, Emanuele Incorvaja, Alaa Sreir, Vincenzo Cotturri, Tracy Camilleri, Eduard Moise u Stephen Cassar qed jallegaw li huma kien imqarrqa bil-kbir minn Christan Borg, Joseph Camenzuli u l-kumpaniji msemmija.

Qalu li qed iressqu dan il-protest gudizzjarju biex iħarsu d-drittijiet tagħhom skond il-ligi, inkluz id-dritt taghhom li jitolbu lil Borg u Camenzuli ħlas ta’ danni morali u danni attwali kaġunati lilhom u rifużjoni ta’ ħlasijiet illegali li huma gew imgiegħla jagħmlu lilhom.

Qed jitolbu wkoll il-waqa’ ta’ kull kuntratt li minnhom ġie iffirmat kontra l-liġi jew li fih klawżoli illegali u ngusti, kif ukoll biex formalment jinnotifikaw lill-Kummisarju tal-Pulizija b’notitia criminis (is-sejbien u investigazzjoni ta’ offiċi kriminali li għandhom jibdew investigazzjoni) li ġiet  ppreżentata mal-protest sabiex jittieħdu passi kriminali kontra Borg u Camenzuli għal diversi delitti li gew imwettqa minnhom b’dannu għal dawn il-vittmi.

Dwar il-ksur tal-Kodici Kriminali

Dawn id-delitti imwettqa dawn jinkludu l-ħasil tal-flus, frodi, serq, assocjazzjoni kriminali kif ukoll il-promozzjoni ta’ għaqda kriminali bil-ħsieb li jiġu mwettqa reati kriminali gravi ai termini tal-Kodici Kriminali;

Il-protest jgħid li huwa ċar li l-fatti li taw lok għall-iffirmar tal-kuntratti msemmijin, jindikaw b’mod raġjonevoli li Chris Grech u Joseph Camenzuli huma parti essenzjali minn organizzazzjoni kriminali ai termini tal-artikolu 83A tal-Kodici Kriminali liema organizzazzjoni ġiet kostitwita biex jiġu kommessi reati li jġorru maghhom piena ta’ aktar minn erba’ snin priġunerija, fosthom il-frodi, serq u l-ħasil tal-flus

Ingħad ukoll li diversi minn dawn il-persuni gew imġiegħla jħallsu mijiet kbar ta’ ewro taparsi f’multi ghal suppost “kontravvenzjonijiet” tal-liġijiet tat-traffiku, meta issa jirriżulta li dawn il-kontravvenzjonijiet kienu biss qerq u gideb..

Jingħad ukoll li eżempju ieħor ta’ qerq, ingann f’għemil frawdolenti, anke bi hsara mhux biss għalihom imma wkoll tal-erarju pubbliku, fosthom tal-VAT Department u Income Tax Department, huwa diversi istanzi fejn ġew imġiegħla jħallsu pagamenti ta’ diversi mijiet ta’ euro f’xahar wiehed (bi skuża jew oħra) iżda l-irċevuti li jinħargu jkunu fl-ammont ta’ €0.01 (centezmu) biss.

Jingħad ukoll li l-vittma ta’ serq tal-vettura li kellhom ’hire purchase, liema serq twettaq minn naħa tagħhom. Is-serq huwa delitt kriminali li l-protestati wettqu b’impunita regolari meta serqu l-vetturi li kienu fil-pussess tal-vittmi konċernati minn wara l-bieb tad-dar tagħhom jew minn postijiet oħra. Il-maġġoranza tal-allegati vittmi kienu imġiegħla biex jeffetwaw pagamenti fi flus kontanti u qatt b’bank transfer u meta uħud minnhom ipprotestaw jew ilmentaw dwar dan, intlaqgħu b’xebgħa kliem hażin u theddid u insulti minn naħa ta’ Christian Borg u Joseph Camenzuli.

Il-protest jitkellem ukoll li dawn l-14-il persuna ġew imgiegħla jiffirmaw kuntratti li jikkontjenu klawżoli li jiksru b’mod lampanti anke l-liġi Ewropea. Dan ukoll meta kellhom jaċċettaw li l-vettura li jkunu krew jew xtraw jkollha data tracking device u dan il-hin kollu.

Jingħad li d-Diretturi tal-kumpanija Borg u Camenzuli nstallaw bil-moħbi data tracking devices fil-vetturi mixtrija jew mikrija mingħandhom., fejn l-allegati vittmi sabuhom jew indunaw bihom b’kumbinazzjoni.  

Permezz ta’ tali sorveljanza illegali li wettqu fuq il-movimenti tagħhom seta’ jsehh is-serq tal-vetturi. Il-protest issemmi wkoll il-fatt li lil Clayton Azzopardi, llegalment serqulu n-number plates tal-vettura li kellu fil-pussess tiegħu bil-konsegwenza li ma jistax imur għax-xogħol peress li l-vettura tiegħu kienet u hija liċenzjata bħala taxi. Il-protest kien iffirmat mill-Avukati Jason Azzopardi, Kris Busietta, u Wilfrid Buttigieg u Marycien Vassallo.