Sport Sport Ieħor

Fabio Spiteri jkollu jwaqqaf it-’10X Ironman’

Fabio Spiteri, l-Ultra triatleta Malti kellu jwaqqaf t-tentattiv tiegħu li jagħmel triathlon kuljum għall għaxar t’ijiem wara li sofra injury fil-hamstring. Għall-aħħar jiem ukoll, Spiteri kellu numru ta’ bżieżaq f’saqajh li ma għenuhx ikompli dan it-tentattix u li wasslu biex ikollu tiċrita żgħira fil-hamstring.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, Spiteri qal li kellu jwaqqaf din il-ħolma wara sebat ijiem fejn ta’ kuljum kien qed iwettaq għawma ta’ 3.8km, 180km ta’ ċikliżkmu u ġirja ta’ 42km.

Spiteri kien qed jikkompeti f’Buzios fil-Brażil fid-Deca Ironman challenge, sfida li hija meqjusa bħala l-itqal test ta’ endurance. Fl-istess messaġġ Spiteri ħeġġeġ lin-nies sabiex ikomplu jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom li se jkunu qed imorru għas-santwarji tal-annimali.