Charles Camenzuli
Dagħlodu saret l-ewwel laqgħa mal-media lokali u internazzjonali organizzata mill-Kumitat Olimpiku Malti u mill-Kumitat Organizattiv MALTA 2023. Meta ndirizza lil dawk preżenti, Mark Cutajar, Chairman tal-Kumitat Organizattiv kellu kummenti pożittivi dwar l-andament sa issa fl-organizazzjoni ġenerali tal-Logħob u wisq aktar għas-sodisfazzjon fir-rebħ ta’ midalji miksuba wara l-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni.
Charlene Attard, Direttur tal-isport tal-KOM għamlet analiżi dwar dak li wettqu l-atleti Maltin f’dan l-istadju fejn apparti midalji li wieħed stenna, kien hemm ukoll midalji li jistgħu jitqiesu bħala sorpriża, li jikkonfermaw il-preparazzjoni intensiva li twettqet fl-aħħar snin.
Indirizza wkoll lill-media Julian Pace Bonello, President tal-KOM li kellu kliem ta’ tifħir għal dak li nkiseb fl-ewwel ġurnata u li jawgura tajjeb għal bqija tal-Logħob.
Kien ikkonfermat li għac-Cerimonja tal-Għeluq ta’ nħar is-Sibt se jkun preżenti l-Prim Ministru ta’ Andorra li se jingħata l-bandiera tal-Logħob bħala l-pajjiż li se jorganizza l-edizzjoni li jmiss fl-2025.
Preżenti wkoll l-atleti kollha li kienu protagosti ewlenin fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni.
//= $special ?>