19:50 – Fit-Tables Tennis, fil-kompetizzjoni tat-team event tan-nisa, Malta għadha kemm rebħet id-deheb meta fil-finali lil Monaco. B’hekk Malta s’issa rebħet 11-il midalja tad-deheb u llum b’kollox, rebħet total ta’ sitt midalji (tnejn minnhom deheb).
18:49 – It-tieni midalja tal-fidda għal Malta fl-għawm illum. It-tim Malti tan-nisa tal-4×200 metru freestyle kompost minn Mya Azzopardi, Francesca Falzon Young, Sasha Gatt u Sarah Demicoli spiċċaw fit-tieni post biex rebħu midalja oħra fl-għawm, f’dik li hi ġurnata oħra mill-aqwa għall-isport Malti.
18:04 – Malta tirbaħ l-ewwel fidda tal-ġurnata fl-għawm. Georgia Kate Bohl temmet it-tieni fil-200 metru breastroke tan-nisa, b’Maya Galea tikklassifika fis-sitt post.
17:44 – It-tim nazzjonali Malti tan-nisa tar-Rugby 7’s jirreġistra rebħa mill-aktar konvinċenti meta għeleb lill-Lussemburgu 26-0. B’hekk n-nisa Maltin s’issa għandhom seba’ punti.
17:25 – Malta tirbaħ it-tieni midalja tal-bronz fil-ġurnata, fl-għawm. Fil-finali tal-400 metru freestyle tal-irġiel, Dylan Cachia temm fit-tielet post f’ħin ta’ 4:01.69.
17:14 – Malta tirbaħ midalja tal-bronz fl-għawm. Sasha Gatt tirbaħ il-midalja tal-bronz fl-400 freestyle tan-nisa, b’ħin ta’ 4:24.88.
17:06 – Ebda rebħ ta’ midalji għal Malta fil-100 backstroke tal-irġiel. Il-Maltin fl-azzjoni f’din il-finali kienu tnejn. Nathan McCleave daħal fil-ħames post, b’ħin ta’ 58.88 sekonda filwaqt li Thomas Wearing temm fis-seba’ post, b’ħin ta’ 59.83 sekonda.
17:00 – Fil-finali tal-100 metru backstroke tan-nisa, Victoria Balderacchi temmet fir-raba’ post u Sarah Demicoli spiċċat it-tmienja.
16:37 – Fil-kompetizzjoni tad-doubles tal-irġiel, il-koppha Maltija Matija Pecotic u Matthew Asciak kisbu post fil-finali wara li għadhom kemm kisbu rebħa kontra l-koppja Calzi u Knaff tal-Lussemburgu 6-3, 6-4. Pacotic u Asciak se jkunu qed jilgħabu għar-rebħ tal-midalja tad-deheb fil-finali li se tintlagħab nhar il-Ġimgħa filgħodu.
15:44 – Telfa oħra għat-tim tal-irġiel tal-Basketball 3×3, din id-darba kontra l-Andorra bl-iskor ta’ 21-17.
15:27 – James Galea ifalli bi ftit ir-rebħ tal-midalja tal-bronz fil-finali tat-trap tal-irġiel fl-isparar, meta temm ir-raba’ fil-klassifika finali. Id-deheb f’din il-kompetizzjoni intrebħet minn Gian Marco Berti ta’ San Marino.
15:13 – Eleanor Bezzina tirbaħ id-Deheb fit-10m Air Pistol
FILMAT: L-ewwel reazzjoni ta’ Eleanor Bezzina wara li rebħet id-Deheb fit-10m Air Pistol
14:48pm – Rugby 7s NIsa – Malta s-sofri telfa ta’ 15-19 kontra l-Andorra
14:04pm – Rugby 7s Irġiel – Malta titlef 14-33 kontra l-Lussemburgu
13:12pm – Tennis – Elaine Genovese qed tilgħab kontra Eleonora Molinaro tal-Lussemburgu. Bħalissa qed titlef 3-2
12:42pm – Tennis Irġiel – Matija Pecotic rebaħ kontra Raphael Calzi tal-Lussemburgu 6-2, 6-2
FILMAT: L-ewwel reazzjoni ta’ Matija Pecotic wara r-ebħa ta’ Raphael Calzi tal-Lussemburgu 6-2, 6-2
FILMAT: L-ewwel reazzjoni ta’ Francesca Curmi wara li għelbet lil Maria Constantinou ta’ Ċipru
12:36pm – Tennis – Francesca Curmi tavvanza għar-round li jmiss fis-singles wara rebħa ta’ 6-2, 6-0 kontra Maria Constantinou ta’ Ċipru
12:19pm -Sparar – Eleanor Bezzina għaddiet għall-finali 10m Air Pistol
12:16pm – Tennis – Matija Pecotic qed jilgħab kontra Raphael Calzi tal-Lussemburgu.
Rebaħ l-ewwel set 6-2 u qiegħed 3-0 minn fuq fit-tieni set
12pm – Rugby 7s Nisa – Malta tegħleb lil Montenegro 31-0
11:50am – Rugby 7s – l-irġiel rebħu 19-10 mal-Andorra
11:46am – Tennis – Francesca Curmi rebħet l-ewwel set 6-2 u qed tilgħab it-tieni set kontra Maria Constantinou ta’ Ċipru
11:45am – Basketball 3x 3 Nisa – Malta titlef żewġ logħbiet tal-grupp. 14-15 kontra Ċipru u 21-7 kontra Lussemburgu.
Irġiel – Malta titlef kontra l-Lussemburgu 21-9
11:38am – Tennis – Matthew Asciak kien sfurzat jirtira mill-kwarti tal-finali tal-individwali wara li weġġa’ ftit il-minkeb tal-lemin. Sa dak il-ħin, it-tennist Malti kien tilef l-ewwel set 6-2 u kien jinsab 4-1 minn taħt fit-tieni set kontra Lucas Catarina ta’ Monaco.
Il-konfront missielet kontra Marco de Rossi ta’ San Marino t-Tlieta filgħaxija jidher li ħalla l-effett tiegħu u Asciak iddeċieda li ma jkomplix jiggrava l-kundizzjoni fiżika tiegħu hekk kif jinsab ukoll fil-kompetizzjoni tad-doubles u l-mixed doubles, bl-għan li jirkupra kemm jista’ għal dawn il-logħbiet.
//= $special ?>