Lokali Parlament

Il-ħaddiema immigranti qed ikunu trattati ta’ skjavi

Albert Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttugieg qal fil-parlament li l-ħaddiema immigranti qed ikunu trattati ta’ skjavi.

Albert Buttigieg qal li l-mudell ekonomiku qed jinbena fuq sistema fejn ħaddiema barranin saru l-iskavi moderni tas-soċjetà fil-kostruzzjoni. Fuq naħa hemm numru ta’ nies li qed jiggwadanjaw minn fuq dawn il-ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet ta’ skjavi moderni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-maġġoranza tal-immigranti jaħdmu fil-kostruzzjoni u kompla li 25% tal-fatalijiet u tal-inċidenti jseħħu fuq il- ħaddiema immigranti. Dan ifisser li t-torrijiet huma mċappsa bl-inġustizzja ta’ ħaddiema skjavi.

Id-deputt Nazjznalista qal li huma l-immigranti li qed ikollhom l-ikbar problemi u sostna li meta ħaddiema immigrant imut fuq il-post tax-xogħol, s-soċjetà ma tirreaġixxi daqs meta jmut ħaddiem Malti.

Hu kompla li fil-każ ta’ Jean Paul Sofia s-soċjetà għamlet reazzjoni kbira iżda ma kienx hemm reazzjoni simili għall-mewt ta’ missier barrani li waqa’ minn torri li l-Grupp Stivala qed jibnu fil-Gżira.

F’dan il-każ l-inkjesta maġisterjali għadha lanqas bdiet. Hemm xi ħadd partikolari li qed tkun protetta? Hawn xi nies li jħossu li m’humiex taħt il-liġi? Għaliex mal-barrani nimxu mod u mal-Maltin nimxu mod ieħor? staqsa d-deputat Nazzjonalista.

Hu qal li l-immigranti huma mwarrba u meqjusin inferjuri; ħadd m’hu jagħti każ tagħhom. Dan hu l-mudell ekonomiku simili għal dak tal-Eġizzjani tal-qedem kienu bnew.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-ħaddiema immigranti jkollhom ir-rispett u sostna li mhux qed ikun infurzar fuq ċertu kuntratturi.