Lokali Parlament

Il-ħaddiema tal-OHSA għandhom jingħataw pagi u kundizzonijiet xierqa

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella fil-parlament biex il-ħaddiema tal-OHSA jingħataw pagi u kundizzonijiet xierqa.

Ivan Castillo qal l-OHSA ilha sena u nofs biex tibgħat il-kontro-proposti lill-union fuq ftehim kollettiv li skada. Hu qal li saru 4,380 spezzjoni iżda dawn jistgħu jiżdiedu jekk il-ħaddiema jkollhom pagi xierqa lill-ħaddiema tal-OHDSA u biex iktar ħaddiema tekniċi jkunu mħajra jidħlu f’dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex tinstab soluzzjoni għat-tilwima industirjali. Hu kkritika l-fatt li fl-2022 komparata mal-2021, il-pagi tal-ħaddiema fl-OHSA tnaqqsu. Jirriżulta li ħaddiema li ġew minn barra fl-OHSA ngħataw pagi kbar iżda l-ħaddiema li verament jaħdmu jkunu mwarrba.

Dwar l-iskills card, Ivan Castillo qal li 90% tal-inċidenti huma fil-kostruzzjoni u kkritika l-fatt li hemm ħafna ħaddiema li mhumiex imħarrġa biżżejjed f’dan is-settur. Kull ħaddiema fil-kostruzzjoni għandu jkollu skills card biex ikunu evitati l-inċidenti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hawn ħaddiema li hekk kif jaslu Malta jittieħdu mill-ewwel fis-siti tal-kostruzzjoni bil-konsegwenzi kollha. Dwar id-direttiva tal-UE dwr il-Project Supervisors, Ivan Castilli qal li danw il-ħaddiema għandhom ikunu utilizzati bħala riżorsi u mhux bħala kriminali mill-OHSA.