Lokali Parlament

Il-Mosta qisha f’żona ta’ gwerra

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fl-Aġġornament li tant hemm xogħlijiet għaddejjin fil-Mosta li din qisha fi f’żona ta’ gwerra.

Hu qal li fil-Mosta qed isiru diversi xogħljiet fit-toroq ewlenin fosthom fil-pjazza u fi Triq il-Kostituzzjoni. Dawn huma xogħijiet li joħolqu inkonvinjent mit-Tnejn sas-Sibt anki bil-lejl, sostna Ivan Bartolo, li kompla li ma ntbagħtet l-ebda korrispondenza lir-residenti li ispjega dawn ix-xogħlijiet.

Ivan Bartolo qal li kunsill għandu jagħmel apoloġija lir-residenti u sostna li gandu jitewra rispett lejn iċ-ċittadin kif isir fl-UE. Taħt il-gvern Laburista ċ-ċittadini Maltin huma trattati ma ebda rispett. Fil-Mosta s-sindku hu perit u hu responsabbli mill-proġetti infrastrutturali, sostna Ivan Bartolo, li kompla li hemm rabta bejn l-istorbju u problemi ta’ saħħa.

Ivan Bartolo kompla li dawn ix-xogħlijiet qed isiru bla studju u staqsa fejnhom il-miżuri ta’ kontroll tal-ħsejjes tat-tħaffir. Hu qal li lanqas lejn il-ħaddiema m’hemm rispett; dan hu element ta’ skjavuti fuq ħaddiema barranin.

Ivan Bartolo sostna li l-Mosta qisha f’żona ta’ gwerra u staqsa jekk hemmx pjan dwar meta se jintemmu x-xogħlijiet. Hu qal li l-PL ma żammx il-wiegħdi elettorali tiegħu mal-Mostin.