Lokali Qorti

Il-Qorti tiddikjara li l-proġett tad-DB, fejn kienet l-ITS, jista’ jsir

Il-proġett massiv ta’ DB fuq is-sit eks-ITS se jkompli kif approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar wara li l-Qorti iddeċiedit kontra kunsilli lokali u NGOs li ressqu diversi azzjonijiet fil-qrati kontra l-iżvilupp. Għaldaqstant il-proġett fis-sit l-antik tal-ITS fil-Bajja ta’ San Ġorġ, issa jista’ jsir.

Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti annulla l-appell f’verdett li ngħata l-Erbgħa filgħodu. Din id-deċiżjoni ttemm battalja legali ta’ tmien snin kontra l-proġett. Kienu divers residenti, kunsilli lokali u l-NGOs ambjentali li ħadmu biex dan il-poġett ma jkunx approvat.

DB Group issa għandhom il-permess legali biex jipproċedu bix-xogħlijiet biex u jiżviluppaw tliet torrijiet fis-sit, li se jkunu għolja 17, 16 u 12-il sular rispettivament. Il-proġett se jinkludi appartamenti, spazju għall-bejgħ bl-imnut u kummerċjali u lukanda.

Kelliem tal-kumpanija qal li kienu kuntenti bid-deċiżjoni mogħtija wara snin ta’ qiegħ il-qalb. “DB Group laqa’ l-verdett tal-qorti li ħab fi tmiemu battalji legali u ‘ skrutinju minn diversi qrati, tribunali u awtoritajiet. Dan kien wieħed mill-aktar proġetti skrutinizzati fl-istorja lokali, u l-verità fl-aħħar rebħet. Issa nistennew bil-ħerqa li nwettqu dan il-proġett ta’ klassi dinjija,” qal kelliem għad-DB. L-istess kelliem għad-DB qal li dan se jkun proġġett ta’ klassi mondjali.

Oriġinarjament, il-kumpanija kienet ippjanat li tibni torri massiv ta’ 37 sular u lukanda ta’ 17-il sular fis-sit. L-Awtorità tal-Ippjanar approvat dawk il-pjanijiet fl-2018. Dawk li oġġezzjonaw bil-qawwa kollha kontra dan il-proġett komplew jiġġieldu kontra l-permess u fl-2019 qorti rrevokat il-permess wara li ġie żvelat li membru ieħor tal-bord tal-PA li ivvota favur il-proġett, Matthew Pace, kien biex jibbenefika finanzjarjament minn dik id-deċiżjoni permezz ta’ aġenzija tal-proprjetà li kellu.

DB Group imbagħad irreveda l-pjanijiet tiegħu biex inaqqsu l-proġett u reġa’ ressaq applikazzjoni ta’ ppjanar, li l-PA tat fl-2021 b’marġni minimu ta’ 4-3. Dawk li oġġezzjonaw fittxew li jwarrbu dik id-deċiżjoni fit-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar. Meta ma rnexxilhomx, daru għall-qrati. Iżda nhar l-Erbgħa filgħodu l-Qorti ddeċidiet favur id-DB.