Lokali

Iweġġa’ gravi wara li pprova jaqbeż minn tieqa hekk kif issakkar barra minn daru

Raġel ta’ 57 sena weġġa’ gravi wara li pprova jaqbeż minn tieqa hekk kif issakkar barra mill-appartament tiegħu.

L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tat-7:45 ta’ filgħodu fi Triq il-Markiża Buġeja f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel ta’ 57 sena kien waqa’ madwar sular għoli. Ir-raġel waqa’ wara li prova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-propjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ