Lokali Parlament

Jeħtieġ taħriġ speċifiku għall-ħaddiema barranin fil-kostruzzjoni

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea appellat fil-parlament biex isir taħriġ speċifiku għall-ħaddiema barranin fis-settur tal-kostruzzjoni minħabba nuqqas ta’ għarfien tal-lingwi biex jikkomunikaw u għaliex dawn ikollhom prattiċi differenti tax-xogħol f’pajjiżhom.

Graziella Galea tkellmet dwar l-effetti tal-pressjoni psikoloġija fuq il-post tax-xogħol u staqsiet fejn għandhom jirrikorru l-persuni li jkunu għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-OHSA qed taffaċċja sfidi ġodda u appllat għall-kordinazjzoni bejn diversi taqsimiet fis-settur tal-kostruzzjoni. Għandu jkun hemm post wieħed li jikkordina l-infruzar biex min jikser il-liġijiet jitwaqqaf.

Graziella Galea qalet li l-mod kif isir il-bini, l-għaġġla, in-numru ta’ ħaddiema barranin u l-ammont ta’ bini li qed isir huma raġunijiet għall-inċidenti. Hi pproponiet li jkun hemm taħriġ għall-ħaddiema barranin li ma jkunux jafu l-lingwa u jkollhom prattiċi differenti.