Lokali

Konfermata iż-żieda fil-prezz tal-ħalib frisk ta’ Benna

Issa għandna konferma minn Malta Dairy Products Ltd. (MDP) li ser ikun hemm żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib frisk tagħha mill-Ħamis, 1 ta’ Ġunju, 2023 biex tirrifletti ż-żidiet sinifikanti attwali fil-produzzjoni u l-ispejjeż operattivi.

L-avvenimenti reċenti madwar id-dinja wasslu għal tfixkil u sfidi għall-industrija li ma jistgħux jibqgħu injorati. Iż-żidiet kostanti u persistenti fl-ispejjeż tal-produzzjoni u operattivi qed ifissru li l-MDP ma tistax tibqa’ tassorbi dawn l-ispejjeż internament.

L-għan tal-kumpanija huwa li żżomm is-settur tal-ħalib lokali sostenibbli filwaqt li niżguraw li l-klijenti tagħna jkunu pprovduti bi prodotti kompetittivi tal-ħalib frisk lokali, f’kull dar Maltija. Meta wieħed iqis il-valur nutrittiv u l-kwalità tal-prodotti tagħha, MDP qed tistinka biex tappoġġja b’mod attiv is-saħħa tan-nazzjon.

Iż-żiedat fil-prezzijiet tal-ħalib frisk se jkun kif ġej:

Whole Milk 1L € 0.96 € 1.00

Milk 2.5% fat 1L € 0.94 € 1.00

Skimmed Milk 1L € 0.92 € 1.00

Lactose Free Milk 1L € 1.15 € 1.25

Milk 2.5% fat ½ L € 0.54 € 0.58

Skimmed Milk ½ L € 0.52 € 0.58

Lactose Free Milk ½ L € 0.65 € 0.70