Lokali

Kontroversja sħiħa dwar il-pjazza tal-Imqabba

L-Imqabbin jinsabu urtati ferm għall-fatt li minħabba nuqqasijiet min-naħa tal-Gvern qed jispiċċaw ibatu r-residenti ta’ din il-lokalità.

Persuni li tkellmu ma’ Net News irrakkontaw kif t-Tlieta waranofsinhar kien hemm kommossjoni sħiħa fil-pjazza tal-Imqabba. Dan peress li l-Kuntrattur resposabbli mix-xogħolijiet tal-pjazza għalaq l-aċċess għal din il-pjazza minħabba kwistjoni pendenti li għandu mal-Public Works.

Jidher li dan il-kuntrattur partikolari għandu jitħallas ammont sostanzjali ta’ flus minn dan id-Dipartiment li jaqa taħt il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi… iżda sa issa għadu ma tlaħħasx.

Diversi sorsi qalulna illi bħalissa.. id-Dipartiment tal-Public Works għandu problemi ta’ flus, u allura kien għalhekk li dan il-kuntrattur baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu.  

Il-battibekk beda tard t-Tlieta waranofsinhar fejn hekk kif tlesta x-xogħol li kellu jsir f’din il-pjazza min-naħa tal-kuntrattur, il-ħaddiema mill-Public Works naqsu milli jmorru fil-post sabiex jiċċertifikaw li x-xogħol sar kif suppost.

Kien hawn fejn huma talbu lill-kuntrattur sabiex jitlaq – bl-ispezzjoni kellha ssir ġurnata oħra. Iżda l-Kuntrattur ippersista li x-xgħolijiet kellhom ikunu iċċekjati dak il-ħin. U kien f’dan il-mument li ddeċieda li jgħalaq l-aċċess għall-pjazza permezz ta’ barikati tal-ġebel…. Bil-konsegwenza li r-residenti ma setgħux jgħaddu  mill-pjazza.

Is-sitwazzjoni tant eskalat li kellhom jintervjenu l-Pulizija sabiex jitneħħew l-inġenji min-nofs u tkun tista’ terġa tinfetaħ il-pjazza.

Ix-xgħolijiet fuq din il-pjazza bdew madwar sentejn ilu, iżda minkejja d-diversi appelli li saru, xorta waħda baqgħu jgħaddu vetturi kbar minn fuq dan il-pavimentar, bil-konsegwenza li x-xgħolijiet kellhom jiġu irranġati mill-inqas tliet darbiet f’dawn l-aħħar tliet snin.