Lokali

L-id il-leminija ta’ Chris Fearne tissospendi ruħha wara rapporti li rċeviet €400,000 mill-VGH

Fl-aħħar ħin sar magħruf li Carmen Ciantar – il-Kap eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-id il-leminija tal-Ministru tas-saħħa Chris Fearne ssosspendiet lilha nnifisha mill-kariga. Dan wara li ġie ppubblikat artiklu fil-midja fejn ġie allegat li rċeviet €443,500 mill-kumpanija Gozo International Medicare Ltd, parti mill-grupp VGH.

Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, il-Ministeru għas-Saħħa ppubblika korrispondenza mibgħuta minn Carmen Ciantar fejn fiha ngħad li Ciantar kienet qed tissospendi lilha nnifisha biex tkun tista’ tiddefendi l-pożizzjoni tagħha.

Carmen Ciantar qalet li qed tagħmel dan biex tħares l-interessi tal-Gvern u se tkun qed tieħu l-passi kollha neċessarji biex tiddefendi isimha u l-integrita’ tagħha.