Lokali Parlament

L-OHSA trid tkun aġġornata biex tindirizza r-riskji b’mod effettiv

Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà (OHSA) għandu jkollha relazzjoni ħolistika għas-sitwazzjoni tal-lum li fost l-oħrajn, iġġib riskji għall-ħaddiema. Għalhekk din għandha tibqa’ aġġornata biex tindirizza r-riskji u l-isfidi b’mod effettiv u mgħaġġel.

Hu qal li l-OHS jrid ikollha rispons immedjat speċjalment biex tindentifika x-xejriet biex tixpruna r-regoli u l-istruzzjonijiet tagħha lill-industrija.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ogħla settur li ġab fatalitajiet hu l-kostruzzjoni; iżda mhux realat maż-żieda tal-industrija. Dan l-argument m’għandux ikun aċċettat għaliex il-kapaċità tal-pajjiż hu li l-ekonomija tikber imma ma jkunx aċċettat li dan wassal għall-fatalitajiet.

Ryan Callus semma l-każ ta’ Jean Paul Sofia u qal li omm Jean Paul trasmettiet il-weġgħa ta’ min jitlef il-ħajja. Hu qal li omm Jean Paul kellha l-kuraġġ li tmur taffaċċja lid-deputati biex tfakkarhom li l-istituzzjonijiet m’humiex jagħmlu biżżejjed.

Dan il-każ hu tebgħa sewda fuq il-gvern għax m’hemmx dubju li l-proċess tal-inkjesti legali għaddej iżda għaliex b’mod insensittiv ħafna l-Prim Ministru baqa’ jinisti li ma ssirx inkjesta pubblika.

Din hi importanti, sostna Ryan Callus, li kompla li l-pajjiż għandu jagħmel dak kollu possibbli fejn fejn hemm il-ħażin u fejn hemm nuqqasijiet, dawn ikunu mgħarufa. L-inkjesta maġisterjali hi biss għal Jean Paul Sofia iżda trid tkun inkjesta pubblika li tistabilixxi dak li seħħ. Il-gvern għadu jista’ jaċċetta t-talba ta’ omm Jean Paul Sofia. Il-gvern qed jonqos lil kull ħaddiema speċjalment lil dawk fis-setturi fejn żdiedu l-fatalitajiet meta jirrifjuta li jagħmel din l-inkjesta

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jagħalq għajnejh biex jitnaqqsu fl-fatalitajiet b’mod partikolari fil-kostruzzjoni.

L-OHS għandha sehem kruċjali, sostna Ryan Callus, li kompla li r-responsabbiltà mhijiex biss tall-OHSA iżda taqa’ wkoll fuq l-iżviluppatur, fuq il-periti, fuq l-inġinieri, fuq l-STOs, fuq il-ħaddiema, fuq min iħaddem, tal-unions u tal-korpi professjonisti.

Ryan Callus qal li l-OHS trid tibqa’ viġilanti biex tibqa’ fuq quddiem tal-isfidi u mhux tkun reattiva; l-OHSA trid tkun f’kuntatt kontinwu mal-industrija biex tagħraf x’qed isir ħażin. Hu qal li żieda fl-ispezzjonijiet, fl-ispezzjonar taċ-ċertifikati tal-makkinarju u fil-multi twassal għal tnaqqis fl-inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

Jirriżulta li qed isiru tliet fatalitajiet kull 100,000; li tnejn minnhom huma fil-kostruzzjoni u wieħed minnhom hu kaġun ta’ waqgħa. Dan filwaqt li każ wieħed hu barrani.

Ryan Callus kompla li l-Health and Safety Officer għandu jwaqqaf ix-xogħol fejn iħoss meħtieġ u ma jkunx hemm burokrazija żejda biex jinstab bilanċ biex ix-xogħol ikompli għaddej bla periklu.