Futbol Sport

Numru ta’ irġiel arrestati fl-Ingilterra b’rabta ma trasmissjonijiet illegali tal-Premier League

(Ritratt: EPA)

Ħames irġiel kienu arrestati fl-Ingilterra b’rabta ma trasmissjonijiet illegali ta’ partiti tal-Premier League. Dawn l-irġiel kienu jitolbu ħlas ta’ £10 fix-xahar sabiex ixandru partiti li ma kienux jixxandru fir-Renju Unit minħabba regoli b’rabta max-xandir tal-futbol Ingliż.

Jidher li s’issa kien irnexxielhom ikollhom mal-50,000 abbonatur fejn b’kollox daħlu mas-£7 miljun sterlina. L-informazzjoni ta’ dawk li abbonaw ma dawn il-persuna tinsab ukoll f’idejn l-investigaturi fejn għadu mhux deċiż xi proċeduri se jkunu qed jittieħdu fil-konfront tagħhom.