Il-Gvern lesta l-qafas legali għas-sistema tal-Liċenzjar tal-Kuntratturi fejn l-Avviż Legali issa se jintbagħat għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea biex imbagħad ikunu jistgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-kuntratturi fl-oqsma tat-twaqqigħ, l-iskavar u l-kostruzzjoni.
F’Marzu li għadda l-Gvern kien nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ dan Avviż Legali – perocess illi kellu jibda wara li l-Gvern stess spicca dahru mal-hajt ghaliex ma ħax dan is-settur bis-serjeta.
Wara li saret l-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet u l-proposti ….qed ikunu introdotti ċerti tibdiliet għall-abbozz oriġinali tal-Avviż Legali bil-għan li jkun hemm aktar responsabbiltà, kjarezza u serjetà fis-settur tal-kostruzzjoni; u fuq kollox kwalità ogħla.
Waħda mill-akbar bidliet li qed tagħmel il-liċenzja tal-kuntratturi fl-oqsma tal-bini, twaqqiegħ u skavar hija li ser tagħti definizzjoni ċara ta’ min huwa responsabbli tax-xogħol li jkun qed isir. L-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni se jkollha lista ta’ nies li għandhom il-liċenzja li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.
Dwar l-assigurazzjoni tal-kuntratturi, il-Gvern qal li hemm bżonn ta’ aktar diskussjonijiet qabel ma jiddaħħal dan l-obbligu fuq il-kuntratturi.
Il-miri ewlenin tal-liċenzjar tal-kuntratturi baqgħu l-istess, jiġifieri li jiġu definiti l-kriterji biex persuna jew entità twettaq xogħol ta’ kuntrattur fis-settur tal-kostruzzjoni u jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli tal-kostruzzjoni. Fl-istess waqt, ikun żgurat li l-istandards tal-kostruzzjoni jkunu ta’ kwalità aktar għolja u x-xogħol jsir b’mod aktar professjonali.
Wara l-inċident traġiku li seħħ f’Diċembru li għadda li fih tilef ħajtu ż-żagħżugħ Jean Paul Sofia… kienu bosta dawk li komplew jagħmlu pressjoni kbira fuq il-Gvern sabiex jiġi irranġat il-qafas legali li jirregola lil dan is-settur.
Sa issa, il-Gvern għadu qed jirrifjuta li jaħtar Inkjesta Pubblika dwar din it-traġedja.
//= $special ?>