83 persuna applikaw biex jidħlu għall-isfida tal-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li din is-sena ser issir bejn il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju u l-Ħadd, 2 ta’ Lulju 2023.
Dawn issa bdew taħriġ intensiv li qed isir fil-ground tal-Iskola Sekondarja ta’ Pembroke fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara. Dan it-taħriġ jasal fi tmiemu meta bejn is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Ġunju ssir prova ta’ 24 siegħa ta’ logħob kontinwu. Wara jkunu jridu jintagħżlu, skont kriterji stabbiliti, l-40 player li se jipparteċipaw fit-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball.
Bħas-snin l-imgħoddija l-Maratona se tinżamm fil-car park tad-Dar tal-Providenza.
//= $special ?>