Lokali

Carmen Ciantar titlob lill-Kummissarju jinvestiga; Angelo Gafà sieket

Il-Kap tal-FMS qed titlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga l-allegazzjonijiet serji li qed isiru fil-konfront tagħha.

F’ittra, Carmen Ciantar talbet formalment lill-Pulizija tinvestiga r-rapporti li ħarġu fil-media tal-Pakistan u kommessa li toħroġ il-verità.

Ciantar trid li l-Kummissarju jikkonkludi l-investigazzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli.

Intant, il-Kummissarju Gafà għadu s’issa sieket dwar x’passi qed tieħu l-Pulizija rigward dawn l-akkużi fil-konfront tal-id il-leminija ta’ Chris Fearne.