Is-seed numru erba’ Casper Ruud avvanza għat-tielet rawnd tal-Open ta’ Franza meta għeleb lit-Taljan Giulio Zeppieri 6-3 6-2 4-6 7-5. Ruud qed ifittex li jirbaħ l-ewwel titlu Grand Slam wara li tilef il-finali tal-Open tal-Istati Uniti u r-Roland Garros matul is-sena li għaddiet.
Intant is-seed numru tmienja Janniek Sinner kien eliminat mill-Ġermaniż Daniel Altmaier fejn f’partita li damet aktar minn ħames sigħat tilef 6-7 (0-7) 7-6 (9-7) 1-6 7-6 (7-4) 7-5.
Fil-kategorija tan-nisa, Iga Swiatek u Elena Rybakina wkoll avvanzaw għat-tielet rawnd wara li kisbu rebħiet kontra Claire Liu u Linda Noskova rispettivament.
Swiatek għelbet lil Liu 6-4 6-0 filwaqt li Rybakina għelbet lil Noskova 6-3 6-3.
//= $special ?>