Lokali

Ċelebrazzjoni fid-diversità u l-ugwaljanza

Fl-okkażjoni tal-Pride Month 2023, il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN) jiċċelebra kull impenn ta’ kull individwu, filwaqt li jimpenja ruħu li jkompli jitgħallem u tagħti appoġġ, kemm lill-individwi u anke organizzazzjonijiet relatati, biex jiżguraw kull dritt u trattament dinjituż tal-individwi kollha.

L-FOIPN ifakkar l-identitajiet LGBTIQ+ u jagħraf il-passi li saru fit-tfittxija tal-ugwaljanza, filwaqt li jibqa’ konxju tal-isfidi li għadhom jeżistu.

F’konformità mal-impenn għall-inklussività, l-FOIPN se jkompli jiżviluppa u jippromwovi politika ta’ avvanz, li tindirizza l-benesseri mentali, fiżiċi u soċjali tal-persuni kollha LGBTIQ+.

L-FOIPN u l-Partit Nazzjonalista jiċċelebraw is-sinifikat tal-Europride 2023, b’tama li dawn iservu bħala ċelebrazzjonijiet ta’ diversità u ugwaljanza f’Malta u fil-komunitajiet ta’ madwarna.