Lokali

“Chris Fearne għandu jwieġeb” -PN

Kull ġurnata skandlu akbar minn ieħor

Fid-dawl tal-aħħar akkużi b’rabta mas-sospensjoni tal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u dik li hi l-id il-leminija tad-Deputat Prim Ministru, Carmen Ciantar, jeħtieġ li Chris Fearne jwieġeb għal dan id-dell ikrah li qed ikompli joħnoq is-servizz tas-saħħa f’pajjiżna.

Dan intqal fi stqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista il-Ħamis filgħodu.

Chris Fearne jeħtieġ li jwieġeb dwar dawn l-akkużi li Carmen Ciantar allegatament irċeviet €443,500 mill-grupp VGH.
Aktar ma jgħaddu l-jiem, aktar qed joħorġu skandli akbar minn ta’ qabilhom.

Il-Kummissarju Angelo Gafà m’għandux jistenna aktar. Angelo Gafà għandu jinvestiga mill-aktar fis l-akkużi kollha relatati mal-għoti tal-isptarjiet, xi ħaġa li suppost ilu jagħmel.