Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jikkonferma li se jibqa’ ma’ Al Nassr

(Ritratt: EPA)

Cristiano Ronaldo kkonferma li se jibqa’ ma’ Al Nassr minkejja l-ispekulazzjonijiet li fl-istaġun li ġej jista’ jirritorna fil-Premier League ma’ Newcastle. Ronaldo qal li l-Kampjonat tal-Arbaja Sawdita għandu fejn ikompli jikber u jsir wieħed mill-aqwa kampjonati fid-dinja.

Ronaldo li għandu 38 sena, skorja 14-il gowl f’16-il partita ma’ Al Nassr wara li ssieħeb mal-klabb minn Riyadh f’Jannar li għadda wara li l-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United kien terminat.

L-eks attakkant ta’ Real Madrid u Juventus qal li l-kampjonat għad fadallu x’jitijiet fejn tidħol VAR fost l-oħrajn iżda stqarr li huwa diġa kampjonat kompetittiv.