Aktar rebħ għal Malta u aktar suċċessi fl-atletika. Fil-finali tal-1,500 metru tan-nisa, Malta kklasifikat fl-ewwel u t-tieni post rispettivament biex ksibna midalja oħra tad-deheb u tal-fidda f’dik li qed tkun ġurnata oħra mill-aqwa għall-isport Malti.
Gina McNamara rebħet id-deheb għal Malta fl-1,500 metru meta temmet it-tellieqa f’ħin ta’ 4 minuti, 36.81 sekondi. Il-Maltija l-oħra, Mireya Bugeja daħlet fit-tieni post u b’hekk rebħet l-għaxar midalja tal-fidda overall għal Team Malta f’dawn il-logħob s’issa.
//= $special ?>