Basketball GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 – Basketball Nisa: Telfa għal Malta fit-tieni ġurnata

Colin Schembri

Montenegro……59

Malta……………..42

(19-19)(12-2)(20-14)(8-7)

It-team Nazzjonali Malti tan-nisa sofra l-ewwel telfa fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar kontra Montenegro 59-42. It-team Malti kellhu bidu tajjeb però sfortunatament fit-tieni perjodu ma stajniex insibu l-basket bl-eċċezzjoni tal-ewwel basket tas-sessjoni. L-akbar vantaġġ tal-Maltin kien ta sitt punti, li nkiseb fl-ewwel żewġ azzjonijiet tal-partita għaliex minn hemm ‘l quddiem Montenegro bdew jieħdu kontroll tal-partita. Minkejja dan, il-coach Angela Adamoli għamlet rotazzjoni tal-players fejn it-team Malti kellhu jagħddi wkoll mingħajr is-servizzi ta’ Nicola Handreck imweġġa’. Sfortunatement it-team Malti kellhu wkoll 24 turnover kontra l-għaxra ta’ Montenegro u sofrejna 20 puntmill-fast breaks tal-avversarji.

Il-Maltin fetħu bl-aqwa mod meta l-ewwel żewġ azzjonijiet issarrfu f’żewġ trippli minn Josephine Diaby u Amber Melgoza. Montenegro wieġbu bi tlett baskets konsekuttivi però ħames punti oħra ta’ Melgoza reġgħu poġġew lil Malta fuq quddiem. Lekovic u Mujovic wieġbu għal Montenegro biex marru 14-11 minn fuq. Wara punti minn Melgoza, Steffi De Martinou Ashleigh Van Vliet għal Malta, kienu Montenegro ligħalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Lekovic għal skor ta’19-19. It-tieni taqsima fetħet bl-uniku basket tal-Maltin minn Van Vliet għall-aħħar vantaġġ ta’ Malta. Il-kumplament tat-taqsima rat biss punti minn Montenegro kemm mill-free-throw line kif ukoll minn fast breaks. Kovacevic kellha wkoll trippla biex Montenegro daħlu jistrieħu 31-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Van Vliet fetħet bi trippla għal Malta però hawn kellna nsofru run oħra ta’ 10-0 minn Montenegro bil-punti ta’ Kovacevic, Jovanovic u Zivkovic. Ir-risposta ta’ Malta ġiet b’żewġ trippli minn Diaby u Amelia Simmons li reġgħu naqqsu d-distakk għal 13 -il punt 30-43. Sa’ tmiem il-perjodu kien hemm punti fuq kull naħa biex Montenegro żammew vantaġġ ta’ 16 -il punt 51-35. Fl-aħħar taqsima l-punti kienu skarsi fuq iż-żewġ naħat fejn Scepanovic kellha trippla għal Montenegro u De Martino wieġbet b’oħra għal Malta. Kien hemm ukoll basket minn Ylenia Bonett li għalaq il-partita fuq skor finali ta’ 59-42. Montenegroissa huma favoriti li jieħdu l-ewwel post fir-round preliminari biex kollox irid jiġi deċiż fis-semi-finali ta’nhar Il-Ġimgħa. Il-Ħamis it-team Malti jiltaqa’ kontra l-Lussemburgu.

MontenegroBojana Kovacevic 6, Sofia Zivaljevic 3, Lana Vukcevic, Zorana Radonje 1, Dragana Zivkovic8, Bozica Mujovic 10, Milena Jaksic, Maja Bigovic 1, Jelena Vucetic, Ksenija Scepanovic 5, Marija Lekovic13, Milica Jovanovic 12.

MaltaAmber Melgoza 15, Kristy Galea, Mikela Riolo, Ylenia Bonett 2,Steffi De Martino 5, Ashleigh Van Vleit7, Sophie Abela, Jessica Azzopardi, Amelia Simmons 7, Josephine Diaby 6, Danika Galea.