GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 | Claire Azzopardi tirbaħ it-tieni midalja tad-deheb, din id-darba fit-Triple Jump

Ritratt ta' Matthew Tabone

Malta tinsab viċin li tgħaqqad l-20 midalja tad-deheb meta fil-Matthew Micallef St. John, l-atleta lokali, Claire Azzopardi reġgħet kienet protagonista bir-rebħ tat-tieni midalja personali tad-deheb, din id-darba fit-Triple Jump. Nhar it-Tlieta li għadda, Azzopardi rebħet id-deheb fil-Long Jump.

Fl-istess finali tat-Triple Jump, Malta rebħet ukoll il-fidda permezz ta’ Rebecca Sare. Azzopardi għamlet qabża ta’ 12.95 metri filwaqt li Sare għamlet qabża ta’ 12.66 metri.